Tiħux Din Iċ-Ċikkulata Jekk Allerġiku Jew Intolleranti Għall-Ġellewż
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ġellewż minħabba li nstab li fih traċċi ta’ ġellewż li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.
Isem tal-prodott: Belgian Dark Chocolate with Raisins & Almonds
Dittà: Waitrose
Piż / kontenitur: 180g
Data ta’ Skadenza: Novembru 2022
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 jew jibgħat email fuq [email protected].