Triq L-Imġarr Se Tkun Magħluqa Għal 3 Ijiem

Fuq il-paġna ta’ Infrastructure Malta tħabbar li minn għada l-Ħadd fid-9 ta’ filgħaxija sal-Erbgħa fis-6 ta’ filgħaxija (31 t’Ottubru sat-3 ta’ Novembru 2021), Triq l-Imġarr, bejn il-Mosta u l-Imġarr, ser tkun magħluqa sabiex jitlesta l-asfalt tal-ewwel nofs tal-proġett għal inqas riskji t’aċċidenti f’din ir-rotta.
Fakkru lill-pubbliku biex jaħseb kmieni u jagħżel rotot alternattivi mix-Xemxija, SanPawlilBaħar, Burmarrad u l-Mosta.
L-aħħar xogħlijiet fit-tieni nofs tat-triq ser ikunu lesti f’Novembru wkoll.
🗺 Mappa: https://bit.ly/mgarr31Oct3Nov2021
🚍 Tallinja: https://www.publictransport.com.mt/…/mgarr…