Twissija Mill-Air Malta dwar ‘Phishing Attack’

Il-linja tal-ajru Air Malta qed tinforma lill-klijenti tagħha li hemm xi wħud li qed jirċievu email taparsi mingħandhom fejn jinfurmawhom li ġew magħżula biex jipparteċipaw fi stħarriġ qasir.
Fost oħrajn, dan l-istħarriġ jitlobhom idaħħlu d-dettalji tal-credit card. Din hija scam.
Infurmat lill-pubbliku biex min diġà ta dettalji, jinforma lill-bank rispettiv b’mod immedjat.