Twissija Ta’ Urugan Tal-Mediterran Fuq Malta

Il-Paġna The Malta Weather tellgħet twissija dwar urugan tal-Mediterran jew MEDIKAN fejn qed tisħaq li huwa mistenni jifforma fix-Xlokk ta’ Malta fis-sigħat li ġejjin!
Qalet li hemm ċans li l-għajn tal-maltemp tolqot il-Gżejjer Maltin bejn għada bil-lejl sal-Ħamis filgħodu u jista’ jġib riħ qawwi ħafna li jikkawża l-ħsara u xita qawwija.
Nappellaw għal sewqan bil-galbu u attenzjoni.