Xabla Ta’ 900 Sena Tinstab F’Qiegħ Il-Baħar
Fl-Iżrael instabet xabla f’qiegħ il-baħar li maħsuba li tmur lura madwar 900 sena. Żmien li seħħew bosta kruċjati biex l-Insara jieħdu lura l-art Mqaddsa minn taħt il-Musulmani.
Din ix-xabla li fiha madwar metru nstabet minn bugħaddas barra mill-kosta lejn it-tramuntana tal-Iżrael.
Shlomi Katzin il-bugħaddas li sab din ix-xabla għaddieha lill-awtoritajiet sabiex ikun jista’ jsir l-istudju fuqha u titnaddaf. Huwa qal li din ix-xabla inkixfet għaliex kien hemm ċaqlieq fir-ramel.
L-Awtoritajiet Iżraeljani qalu li ladarba titnaddaf u tiġi analizzata, din titqiegħed għall-wiri fil-pubbliku.
Ritratt: BBC