X’Kienu Telgħu Jagħmlu Fuq Il-Bjut Iż-Żabbarin Bħal-Lum?
Kien bħal-lum 5 t’Ottubru tal-1798 meta l-qawwa Franċiża f’Malta ppruvat tattakka Ħaż-Żabbar. Is-Suldati sabu t-toroq tal-Belt Hompesch vojta bla ebda ruħ.
Iżda meta l-Franċiżi nfirxu biex jibdew is-serq u l-attakk, qam pandemonju għax minn fuq il-bjut u mit-twieqi bdew ħerġin il-ġebel minn idejn iż-Żabbarin. Kos hux?! Min jaf min kienu dawk in-nies, antenati tagħna.
Kienu wkoll intużaw żewġ kanuni żgħar li kienu moħbija.
Il-Franċiżi ħarbu lejn il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera wara li ħallew warajhom numru kbir ta’ mejta u midruba.
Ritratt: Tpenġija minn G. Apapa
Ritratt Prinċipali: Buildings in Malta