X’Qed Jagħmlu Pawlu Borg Bonaci U Sigmund Mifsud Dalgħodu Fil-Palazz Tal-President?

Dalgħodu Pawlu Borg Bonaci żvela ritratti minn ġol-Palazz tal-President flimkien ma’ Sigmund Mifsud u Yanis Azzopardi.
Borg Bonaci fuq il-mezzi soċjali kiteb li hemm xi ħaġa qed tinħema bejniethom, “Something’ s cooking…Are you ready ??!!”
Dawn in-nies normalment nassoċjawhom ma’ avveniment kbar u popolari bħal ‘Rockestra’, li minħabba l-pandemija s-sena l-oħra ma’ sarx.
Taħsbu li ħa jkun qed jerġa’ jirritorna l-kunċert tant popolari ‘Rockestra’? Minn sorsi li għadna dak li qed jippjanaw jaf ikun fil-viċin ħafna ukoll…