“X’Tixtieq Għal Uliedek…Li Jaslu Fil-Ħin!” – Ivan Castillo

 “X’Tixtieq Għal Uliedek…Li Jaslu Fil-Ħin!” – Ivan Castillo

“Ilbieraħ waqt li kont qed indur id-djar, iltqajt ma’ xufier tat-taxi fejn qalli li vjaġġ fl-4pm mill-Mellieħa sa l-Ajruport dam siegħa u kwart biex wasal.”

Hekk kiteb il-Kandidat tal-PN Ivan Castillo fuq il-mezzi soċjali tiegħu dwar esperjenza ta’ xufier tat-taxi li rrakuntalu l-esperjenzi li jgħaddi minnhom fit-toroq tagħna.

Castillo saqsa “dan huwa t-titjib li konna mwiegħda, din is-sitwazzjoni qed iżżid il-kwalità tal-ħajja?”

Huwa kompla jsaqsi u qal “kif intefqu dawn il-miljuni kollha ta’ flus mit-taxxi tagħna u għadna ninsabu fl-istess sitwazzjoni?”

“X’tixtieq għal Uliedek…li jaslu fil-ħin!” temm jgħid Ivan Castillo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com