Żagħżugħ Ta’ 21 Sena Weġġa’ Serjament Wara Li Waqa’ Xi Rħam Fuqu F’Ħal Far

 Żagħżugħ Ta’ 21 Sena Weġġa’ Serjament Wara Li Waqa’ Xi Rħam Fuqu F’Ħal Far

Żagħżugħ mill-Eritreja ta’ 21 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li waqa’ xi rħam fuqu.

Il-każ seħħ illum, għal xi s-2:30pm, ġo fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com