Żbroff Ta’ Drenaġġ Fil-Bajja Ta’ Qui Si Sana – Twissija Biex Ma Jsirx Għawm Fiż-Żona
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika, javża li minħabba żbroff ta’ drenaġġ fil-baħar fil-Bajja ta’ Qui Si Sana (taħt it-taraġ), bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona.
Fi stqarrija ntqal li l-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess Direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 jew jibgħat email fuq [email protected], [email protected] u [email protected].