Żewġ Atleti tal-Iskuter Maltin Għal Ewwel Darba Jikkompetu Barra L-Pajjiż

 Żewġ Atleti tal-Iskuter Maltin Għal Ewwel Darba Jikkompetu Barra L-Pajjiż

Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet żewġ atleti tal-iskuter Maltin ikkompetew għall-ewwel darba f’avveniment internazzjonali li seħħ f’Barċellona. Is-serje Urban World hija festival tal-streetsport li jinkludi sport bħal BMX, Skateboarding, Scooter, basket 3×3, li uhud minnhom saru Sports Olimpiku f’dawn l-aħħar snin.

Daniel Grech u Shaun Alfala ħadu sehem fil-kampjonat uffiċjali dinji tal-iskuter, fejn ikkompetew l-aqwa atleti kollha tal-iskuter minn madwar id-dinja. Peress li kienet l-ewwel kompetizzjoni tagħhom barra l-pajjiż, huma ma kkwalifikawx u għalhekk ma’ avvanzawx għal fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. Madankollu, din l-esperjenza kienet ta’ valur ghall-iżvilupp tal-atleti Maltin.

Din kienet ukoll l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali li pparteċipat fiha l-Malta Street Sport Associate taħt l-umbrella tal-Malta Skate Federation.

Aktar kompetizzjonijiet huma pjanati għaż-żmien li ġej.

 

Ritratt: Karl Naja

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com