Żewġ Persuni Jitressqu L-Qorti B’Rabta Ma’ Serq, Sewqan Perikoluż U Feriment Ta’ Żewġ Pulizija
Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ser tressaq żewġ peruni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia.
Fi stqarrija ntqal li persuna minnhom ser jitressaq b’akkużi relatati ma’ ħsarat volontarji u serq minn vetturi, filwaqt li l-persuna l-oħra ser jkun akkużat li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, irreżista l-arrest, attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija u li saq vettura b’manjiera perikoluża, fost oħrajn.