103 Snin Minn Jum It-Tifkira
Illum, pajjiżna fakkar il-mija u tliet snin minn Jum it-Tifkira. Flimkien mal-pajjiżi l-oħra tal-Commonwealth, Malta fakkret il-miljuni ta’ persuni li tilfu ħajjithom waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija.
F’din iċ-ċerimonja ġie mfakkar meta mat-tokki tal-ħdax, tal-ħdax-il jum tal-ħdax-il xahar tal-1918 beda l-Armistizju, jiġifieri ntemmet il-Gwerra l-Kbira.
Iċ-ċerimonja bdiet hekk kif l-ogħla awtoritajiet waslu fi Pjazza San Ġwann il-Belt.
Il-President ta’ Malta George Vella, il-PM Robert Abela u martu Lydia, intlqgħu minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, indaqq l-innu Malta u wara spezzjona l-gwardja tal-unur.
Il-quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ġiet ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna.
Din il-quddies ġiet segwieta ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana fejn tpoġġew il-fjuri taħt dan il-monument.