18-il Vettura Oħra Misruqa Mill-Kanada Maqbuda Mid-Dwana F’Malta

 18-il Vettura Oħra Misruqa Mill-Kanada Maqbuda Mid-Dwana F’Malta

Id-Dwana Maltija din il-ġimgħa qabdet 18-il vettura oħra misruqa mill-Kanada bid-destinazzjoni finali tagħhom tkun Abu Dhabi.

Uffiċjali tad-Dwana, permezz tat-tagħmir tal-iskannjar, irnexxielhom jinterċettaw dawn it-18-il vettura biex b’hekk l-ammont totali ta’ karozzi misruqa maqbuda s’issa tela’ għal 42.

Fost il-karozzi lussużi li kienu moħbija f’kontejners tal-40 pied kien hemm tal-għamla Ford, Lexus, Jeep, Honda, Crysler, Chevrolet, Dodge u Rover.

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u l-Awtoritajiet Kanadiżi ġew infurmati dwar is-sejba u tnediet investigazzjoni.

Din il-ħidma tad-Dwana Maltija għenet lill-Pulizija Kanadiża biex tippreżenta akkużi kontra 9 persuni suspettati li huma marbuta ma’ dan is-serq ta’ karozzi b’mod vjolenti. Ix-xahar li għadda, il-Pulizija Kanadiża rkuprat 88 vettura misruqa, li 24 minnhom inqabdu mid-Dwana Maltija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com