45 Persuna Mietu Wara Li Xarabank Li Kienu Qed Jivvjaġġaw Fuqha Ħadet In-Nar Fil-Bulgarija

Minn tal-inqas 45 persuna mietu wara li matul il-lejl li għadda xarabank ħadet in-nar f’highway lejn il-Punet tal-Bulgarija.
Qed jiġi rrapportat fost il-mejta hemm 12-il tifel u tifla, filwaqt li seba’ persuni ġew salvati u ttieħdu fi sptar f’Sopia għal iktar kura.
Il-maġġoranza tal-vittmi huma turisti mill-Maċedonja.
Uffiċjali qed jgħidu li jidher li l-vettura laqtet barriera fil-highway qabel jew wara li din ħadet in-nar.
Il-karozza tal-linja kienet fi triqtha lejn il-Maċedonja ta’ Fuq mit-Turkija.
S’issa għadha mhux magħrufa x’kienet il-kaġun li waslet ta’ dan l-inċident, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Sky News