Aktar Installazzjonijiet Ta’ Ħitan Ħodor – Din Id-Darba Ma’ Binjiet

 Aktar Installazzjonijiet Ta’ Ħitan Ħodor – Din Id-Darba Ma’ Binjiet

“Aktar investiment fit-tħaddir taż-żoni urbani tagħna,” hekk kiteb dalgħodu fuq il-mezzi soċjali tiegħu l-Ministru Aaron Farrugia wara li fi tmiem ix-xogħol li kien għaddejj matul dawn l-aħħar jiem sabiex ġew installati żewġ Green Walls f’Ħaż-Żebbuġ u l-Floriana.

Il-Ministru Farrugia qal li dan sar b’investiment ta’ aktar minn €20,000 minn Ambjent Malta ħadet ħsieb dan ix-xogħol.

Fil-messaġġ tiegħu l-Ministru Aaron Farrugia qal li f’dan iż-żewġ postijiet “tħawwlu aktar minn 1,100 pjanta f’postijiet strateġiċi li jistgħu jitgawdew minn kulħadd.”

“Il-ġonna vertikali mhux biss itejbu l-estetika tal-post iżda wkoll joffru l-ambjent ideali għall-pollinaturi biex ikattru l-bijodiversita’ ta’ madwarna,” temm jgħid il-Ministru Aaron Farrugia.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com