Alex Dalli Jissospendi Lilu Nnifsu Minn Kap Eżekuttiv Tal-Aġenzija Għas-Servizzi Korettivi
Is-Sur Alexander Dalli ssospenda lilu nnifsu minn Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Is-sospensjoni daħlet fis-seħħ b’effett immedjat wara laqgħa mal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri iktar kmieni dalgħodu.
L-inkjesta ministerjali dwar l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn tim ta’ professjonisti li bdiet numru ta’ ġimgħat ilu għadha għaddejja, liema inkjesta għandha sservi ta’ bażi għal iktar riformi ħolistiċi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.
Ritratt: Manuel Delia Blog