Ara: Ilbieraħ F’Għawdex Saret Il-‘Mixegħla Tal-Qaddisin’

Għalkemm f’ġurnata bix-xita diversi paroċċi madwar Għawdex ilbieraħ ma qatgħux qalbhom u għamlu mixegħla bix-xemgħat fuq iz-zuntier tal-Knisja.
F’din il-‘Mixegħla tal-Qaddisin’, ħadu sehem il-parroċċa tal-Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem, Munxar, Nadur, Qala, Sannat, San Lawrenz, Il-Katedral taċ-Ċittadella, Il-Bażilika ta’ San Ġorġ ir-Rabat, Xagħra, Xewkija u Żebbuġ.
Din kienet attività mill-isbaħ mifruxa ma’ Għawdex kollu lejliet il-Festa tal-Qaddisin kollha, fejn permezz ta’ eluf ta’ xemgħat irnexxilhom joħolqu mmaġini verament sbieħ u artistiċi, b’ambjent mill-isbaħ li ħoloq id-dawl tax-xemgħa.
Prosit tal-inizjattiva!