Ara: “Ilbieraħ Il-Heavyweights Tal-Politika Għawdxija Ddeċidew Li Jtellqu…”
Matul il-ġurnata tal-bieraħ f’Għawdex ġiet organizzata l-‘OASI Foundation CupRun and Fun Walk 2021’. Attivita’ sabiex toħloq aktar għarfien kontra d-droga u abbużi oħra.
F’din il-mixja ħadu sehem diversi membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra fosthom l-membru Parlamentari Nazzjonalista Joseph Ellis kif ukoll l-Ministru Laburista Anton Refalo fejn flimkien għamlu din il-mixja.
Dalgħodu fuq il-mezzi soċjali tiegħu Joseph Ellis kiteb, “”Ilbieraħ il-heavyweights tal-politika Għawdxija ddeċidew li jtellqu. Ir-riżultat kien għadu mhux magħruf sa tard filgħaxija għax spiċċat photofinish.”
Dawn huma attivitajiet u mumenti sbieħ li bla dubju l-bogħod mill-politika jgħaqqdu lin-nies flimkien f’attivitajiet li jagħmlu l-ġid.
Ritratt: Paul Scicluna