Ara: Ir-Riefnu Li Ħakem Il-Gżejjer Maltin Jagħmel Ħerba

 Ara: Ir-Riefnu Li Ħakem Il-Gżejjer Maltin Jagħmel Ħerba

Ir-riefnu qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin fis-sigħat li għaddew sfortunatament għamel ħsarat konsiderevoli f’siġar li tqaċċtu u anke waqgħu fuq xi karozzi kif ukoll ħsarat f’propjetajiet fosthom pannelli tax-xemx li spiċċaw inqalgħu kif ukoll anke ħsarat oħra fosthom gallarija.

Id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni għal-lejl ieħor kellhom biċċa xogħol iebsa sabiex inaddfu materjal li spiċċa fit-toroq.

Ir-riefnu tal-bieraħ f’ħinijiet minnhom f’postijiet fil-ftuħ laħħaq qawwa ta’ forza 10. Għalkemm il-qawwa tar-riħ naqset dalgħodu xorta waħda għada qawwija bil-medja tkun ta’ forza 6 għal matul il-ġurnata.

Wieħed għandu joqgħod attent speċjalment f’postijiet fil-ftuħ u fejn jaqbel ħafna ir-riħ, hekk kif L-Uffiċju Meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi sat-8:00pm.

Apparti mir-riħ qed nesperjenzaw temperaturi baxxi wkoll fejn l-għola temperatura għal-lum mistennija tkun ta’ 15-il Grad Celcius bl-inqas tkun 11-il Grad Celcius.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com