Argument Bejn Żewġt Irġiel Fil-Fgura Jħalli Wieħed Midrub Serjament

 Argument Bejn Żewġt Irġiel Fil-Fgura Jħalli Wieħed Midrub Serjament

Indoneżjan ta’ 40 sena weġġa’ gravi f’argument ma’ raġel ieħor f’residenza.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-3:00pm, f’residenza fi Triq William Lassal, il-Fgura.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien qam argument bejn żewġt irġiel mill-Indoneżja ta’ 30 u 40 sena rispettivament. Waqt l-argument allegatament intużaw oġġetti li jaqtgħu u bil-ponta.

Ir-raġel ta’ 40 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com