Arja Kiesħa Mistennija Llejla
Bejn illejla u għada l-Ħamis 11/11 mistenni li jgħaddi front t’arja kiesħa minn fuq il-gżejjer Maltin mill-Punent għal-Lvant, abbinat ma’ sistema intensa ta’ maltemp fit-Tramuntana tal-Alġerija..
Xita kontinwa għal madwar 12-15-il siegħa, li tibda ħafifa u ssir moderata u kultant intensa f’xi nħawi, akkumpanjata minn xi tkarwit tar-ragħad.
It-temperatura se tiksaħ ftit u r-riħ idur Majjistral (NW) ħafif (Forza 3) għada l-Ħamis 11/11