Arloġġi, Oġġetti Tal-Fidda Maħduma Fil-Filugranu, Inbid U Spirti Offruti Għall-Bejgħ Mid-Dipartiment Tad-Dwana
Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom.
Fi stqarrija ntqal li b’kollox hemm 103 lottijiet li huma kif ġej:
- 2 lottijiet arloġġi lussużi tad-ditta CORUM;
- 14-il lott oġġetti tal-fidda maħduma fil-filugranu; u
- 87 lott xorb alkoħoliku u nbid.
L-offerti se jkunu qed jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali fl-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn it-Tnejn, 15 ta’ Novembru u l-Ħamis 18 ta’ Novembru, 2021, bejn it-08:00am u nofsinhar u bejn is-01:00pm u l-04:00pm u l-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru, 2021 mit-08:00am sa nofsinhar.
Dawk interessati biex jaraw l-lottijiet, jiġbor formuli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni fejn jeħtieġ, jista’ jagħmel dan mill-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa, jew inkella jċempel fuq 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq.