“Attakk Fuq Il-Milied U N-Nies Ta’ Rieda Tajba” – Jason Micallef
Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Jason Micallef kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu li l-fatt li tipprotesta f’pajjiż demokratiku huwa dritt li jiddefendi sal-aħħar nifs.
Iżda, qal li tabbuża mid-dritt tal-ptrotesta huwa attakk fuq in-nies u fuq id-demokrazija nnifisha. Dak li qed isir, sejjaħlu “attakk fuq il-Milied u n-nies ta’ rieda tajba.”
“Il-protesta vvintata, u fil-vojt ta’ għada t-Tnejn fil-Belt Valletta għandha għan wieħed BISS. Dak li tattakka l-atmosfera tal-Milied fil-Belt Valletta, tattakka lill-familji li jieħdu gost bl-atmosfera tal-Milied fil-Belt, u biex tattakka, u timmina n-negozju lil tal-ħwienet, bars u ristoranti fil-Belt Valletta. Dan hu l-veru skop tal-protesta, u xejn aktar”, saħaq Micallef.
Qal dan filwaqt li tenna li dan jistħoqqlu l-akbar kundanna, iżjed u iżjed meta eks Prim Ministru b’referenza għal Lawrence Gonzi, joħroġ irewwaħ u jsaħħan l-irjus biex in-nies jidħlu njipprotestaw.