bBrave Tħabbar Ġimgħa Nazzjonali Kontra L-Bullying

 bBrave Tħabbar Ġimgħa Nazzjonali Kontra L-Bullying

bBrave qiegħda tniedi l-ġimgħa nazzjonali kontra l-bullying għal din is-sena, li ser tkun qed issir bejn il-15 u d-19 ta’ Novembru 2021. It-tema għal din is-sena hi ‘Kelma għall-Ġid’, bil-ħsieb tal-impatt li kelma waħda jista’ jkollha fuq persuna.

Fi stqarrija ntqal li Leanne Bartolo ser tkun l-ewwel ambaxxatriċi ta’ bBrave. Leanne hi professjonista fil-qasam tas-saħħa fiżika u hija wkoll wellbeing motivator, u żgur bil-kapaċitajiet u l-esperjenza tagħha, tista’ sservi ta’ ispirazzjoni għal bosta.

Fi kliem Leanne stess, il-fatt li hi stess għaddiet esperjenza ta’ bullying meta kienet żgħira, ħasset li bBrave tista’ tagħtiha pjattaforma biex tgħin lil ħaddieħor ma jgħaddix minn esperjenzi simili.

bBrave qiegħda tistieden lil kulħadd biex jingħaqad mal-kampanja ‘Kelma għall-Ġid’, bit-tama li kelma waħda ta’ ġid twassal għal ħafna aktar.

Kull min jixtieq jikkuntattja lil bBrave jista’ jagħmel dan permezz ta’ email fuq [email protected].

 

View this post on Instagram

 

A post shared by bBrave (@bbrave_malta)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com