“Bernard Grech L-Ewwel Qal Li L-Gvern Ikkupjah…Issa Jrid Iqatta’ Il-Liġi Tal-Kannabis Biċċiet” – Il-PL

 “Bernard Grech L-Ewwel Qal Li L-Gvern Ikkupjah…Issa Jrid Iqatta’ Il-Liġi Tal-Kannabis Biċċiet” – Il-PL

“L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar l-abbozz tal-liġi tal-Kannabis hi sintomatika ta’ partit b’kap fi kriżi mingħajr ebda sens ta’ tmexxija.”

Hekk qal il-Partit Laburista hekk kif issa jidher li l-Partit Nazzjonalista ħa pożizzjoni kontra l-abbozz tal-liġi tal-Kannabis.

Fi stqarrija l-PL qal li xahar ilu Bernard Grech qal li l-Gvern ippreżenta abbozz ta’ liġi ġdid ibbażat fuq dak li qal hu iktar qabel. F’kelma waħda qal li l-Gvern ikkupjah. Issa ħareġ stqarrija biex jipprova jqatta’ din il-liġi biċċiet.

Il-PL saħaq li d-dibattitu dwar il-liġi tal-kannabis issa jsir fil-Parlament u l-bżonn ta’ din ir-riforma jkompli jkun spjegat fid-dettall.

“Li hu żgur li kellna konferma oħra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li bħal qasba tixxejjer mar-riħ, m’għandu ebda sens ta’ direzzjoni u tmexxija,” temm jgħid il-PL.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com