Bil-Filmat: 5 Mejta Wara Li Karozza Baqgħet Dieħla B’Veloċità Qawwija Fuq In-Nies
Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija Amerikana kkonfermat li ħames persuni nqatlu u 40 oħra weġġgħu wara li karozza baqgħet dieħla f’ġemgħa ta’ nies li kienu qed jattendu parata tal-Milied f’Wisconsin, l-Istati Uniti.
Filmati miġbuda min-nies li kienu qed isegwu juru SUV għaddejja b’veloċità qawwija minn parata tal-Milied fil-belt ta’ Waukesha.
Il-Pulizija Amerikana f’kummenti waqt konferenza qalet li kienet arrestat lis-sewwieq tal-vettura għalkemm issa qed tinvestiga x’kien il-motiv ta’ dan il-każ. Huma qalu li kellhom jisparaw xi tiri biex ikun imwaqqaf.
Għaddejja wkoll ħidma kbira fl-isptar sabiex jiġu trattati l-midruba kollha kif ukoll jiġu identifikati l-vittmi. Mill-ewwel stħarriġ jidher li r-raġel laqat diversi persuni fosthom għadd ta’ tfal.
Il-Pulizija qalet li iż-żona issa hija waħda sigura.
Ritratt: Reuters