Bil-Filmat: “Bis-Swat Li Qlajt Anqas Missieri Stess M’Għarafni” – Mara Muġugħa Waqt Il-Programm Awla

Judy; mara muġugħa tkellmet fil-programm Awla fuq ONE TV mmexxi minn Luke Dalli li din il-ġimgħa s-suġġett tratta l-vjolenza domestika.
Tenniet li għamlet żmien tgħix barra minn Malta għaliex iżżewġet Grieg. Qalet li ma riditx tiżżewġu u żewġuha bilfors.
Qalet li kienet taqla’ swat kuljum, għira u ma kienx iħallasha anqas meta kienet taħdem miegħu fir-ristorant li kellu.
Darba minnhom, spjegat kif għamel sagħtejn isawwatha.
Jekk għaddejja jew għaddej minn vjolenza domestika, tkellem issa fuq 179. Tistennhiex iżjed!