Bil-Filmat: Il-Mument Meta Keith Demicoli U Martu Saru Jafu Li Ħa Jkunu Zijiet

 Bil-Filmat: Il-Mument Meta Keith Demicoli U Martu Saru Jafu Li Ħa Jkunu Zijiet

Hekk kif ilbieraħ Fabian Demicoli u martu Sarah ħabru t-twelid ta’ binhom Luigi Antonio, f’post li tefa’ fuq il-mezzi soċjali Keith Demicoli qasam il-mument meta fil-21 ta’ Marzu ta’ din is-sena rċieva l-aħbar li ħa jsir ziju.

Fabian u Sarah kienu ħabru l-aħbar permezz ta’ żewġ maggijiet li kienu taw lil Keith u lil Alexia fejn fuqhom kien hemm miktub il-messaġġ li kienu ħa jsiru zijiet għall-ewwel darba.

Mill-filmat wieħed jara kif Keith Demicoli u martu Alexia baqgħu miblugħa u ma setgħux jemmnu dak li kien hemm miktub u l-messaġġ li kienu qed jippruvaw jgħidilhom Fabian u Sarah. L-unika kelma li nisel Keith kienet “Uwejja!.”

F’messaġġ li kiteb Keith Demicoli fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li jinsabu ferħanin ħafna u li Luigi Antonio huwa xortih tajba li għandu lil Fabian u lil Sarah bħala ġenituri tiegħu.

Ara l-filmat:

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Keith Demicoli (@keithdemicoli)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com