Bil-Filmat: Karozza Tispiċċa Fil-Baħar F’San Ġiljan

 Bil-Filmat: Karozza Tispiċċa Fil-Baħar F’San Ġiljan

Mhux magħrufa r-raġuni kif karozza matul il-lejl li għadda spiċċat niżlet fil-baħar fil-bajja ta’ Spinola, f’San Ġiljan.

Dan il-każ sar magħruf wara filmat li qed idur fuq il-midja soċjali, li juri l-karozza diġà fil-baħar kif ukoll kienu waslu fuq il-post diversi Pulizija.

Fil-filmat jidher ukoll sid il-karozza li aktarx huwa barrani li qed jiġi mistoqsi mill-Pulizija jekk l-ID card tiegħu hux fuqu.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com