Bil-Filmat: Kummenti Xokkanti Minn Persuni Li Bdew Jħeġġu Raġel Biex Iwettaq Suwiċidju

 Bil-Filmat: Kummenti Xokkanti Minn Persuni Li Bdew Jħeġġu Raġel Biex Iwettaq Suwiċidju

Mument xokkanti għal uħud li kienu deħlin il-Belt Valletta dalgħodu, però għal xi uħud kien donnu bħal spettaklu.

Ftit tal-ħin ilu ‘Times of Malta’ xerrdet filmat ta’ raġel barrani li kien qed jippjana li jwettaq suwiċidju minn fuq is-sur fid-daħla tal-Belt.

Madanakollu bosta nies inġemgħu jiġbdu bil-mobile filmati ta’ dak li kien qed jiġri b’diversi kummenti xokkanti li jinstemgħu minn dawk preżenti.

“Ejja għaġġel ftit ħa narawk tinfaqa, għax irid imur inkompli…”

“Mur id-dar u ieqaf aħli l-ħin ta’ kulħadd…”

“Kieku kellu jaqbeż ġa qabeż…ħa joqgħod ipejjep sigarett issa wkoll…”

“Jekk ma jaqbiżx imisshom ituh xeba’ għal mewt issa…”

Dan kienu ftit mill-kummenti diżgustanti u xokkanti li nstemgħu minn persuni li kienu qed jsegwu bħal li kieku qed jaraw xi spettaklu. X’għarukaża!

Fl-istess ħin fuq in-naħa l-oħra fuq is-swar ta’ Hastings kien hemm Pulizija li bdew jipprovaw iżommuh kalm wara li r-raġel kien fi stat emozzjonali qawwi.

Il-Pulizija li ta’ min wieħed jagħti ġieħ rnexxielhom jipperswadu lir-raġel biex jinżel minn fuq is-sur, wara sagħtejn ta’ persważjoni. Bla dubju kienet evidenti l-emozzjoni tal-Pulizija hekk kif nieżel minn fuq is-sur għannaq miegħu lir-raġel li kien ħa jwettaq suwiċidju.

Huwa wara ttieħed l-isptar Mater Dei għal kura.

Dan il-filmat jaf jkun disturbanti:

Infakkru dejjem biex wieħed isib l-għajnuna u jċempel lil Richmond Foundation fuq 1770.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com