Bil-Filmat: Mument Li Jnissel Tbissima – Żewġ Parlamentari Nazzjonalista Ma Jindunawx Li Qegħdin Live Fuq Facebook…
Fil-qasam tax-xandir u tal-mezzi soċjali hija l-agħar ħaġa li tista’ tiġri meta tkun qed live u ma’ tkunx taf. Ġraw diversi drabi u din id-darba kien imiss lill-Partit Nazzjonalista ftit qabel bdiet konferenza li kienet indirizzata miż-żewġ Deputati Clyde Puli u Robert Cutajar.
Hekk ġara dalgħodu meta Clyde u Robert kienu qed jagħmlu prova tal-mikrofonu tagħhom u bdew jitkellmu kif normalment isir biex it-tekniku jkun jista’ jirranġa l-livelli sew. Li ma kienux jafu huwa li t-trażmissjoni fuq il-Facebook kienet diġà bdiet, u allura dak kollu li kien qed jingħad kien qed jinstema minn dawk li kienu qed isegwu.
Bla dubju dawn huma mumenti ftit imbarazzanti, però wara jnisslu tbissima fuq kulmin jara l-filmat.
Tafu lil xi ħadd li ġieli ġralu hekk?
Ara l-filmat u x’intqal: