Bil-Filmat: Qatt Rajtuh In-Necropolis Ta’ Binġemma?

 Bil-Filmat: Qatt Rajtuh In-Necropolis Ta’ Binġemma?

Pierre u Angelo marru jesploraw Binġemma Necropolis; fi kliem sempliċi, ċimiterju antik f’ Binġemma fir-Rabat Malta viċin tal-Victoria lines.

Tennew li veru kienu sorpriżi b’li sabu. Dawk li mill-bogħod jidhru bhala biss toqob fil-blat, fil-verità huma oqbra imħaffrin, b’ kurrituri u kmamar, kif wieħed isib ġo katakombi.

Stqarrew li l-arkeologi mhux jaqblu fuq liema żmien qed niddiskutu f’dan il-każ. Dan l-imkejjen intuża wkoll bħala xelters fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.

“Hija veru ħasra li post bħal dan mhux qed nieħdu ħsiebu kif suppost għaliex għandu storja kbira”, tennew Pierra u Angelo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com