Bil-Filmat: Torri Ta’ 22 Sular Fin-Niġerja Jiġġarraf Waqt Li Kien Għadu Qed Jinbena

 Bil-Filmat: Torri Ta’ 22 Sular Fin-Niġerja Jiġġarraf Waqt Li Kien Għadu Qed Jinbena

Fil-belt Niġerjana ta’ Lagos ilbieraħ wara nofsinhar seħħet traġedja kbira hekk kif iġġarrfet kompletament bija ta’ 22 sular li kienet għadda qed tinbena.

S’issa ġew ikkonfermata sitt persuni mejta u madwar mitt persuna oħra nieqsa hekk kif bosta ħaddiema ġew maqbuda qalb it-tifrik tal-ġebel.

Xi ħaddiema li kienu fuq il-post qalu li dak il-ħin li waqet il-binja kien hemm madwar 100 ħaddiem li kien qed jaħdem fil-binja.

S’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża t-tiġrif iżda hemm minn qed jgħid li kienu nbnew iktar sulari milli dak ppjanat. L-investigazzjonijiet mill-pulizija għaddejjin sabiex jiġi determinat il-kawża ta’ din it-traġedja.

Din il-binja kienet qed tiġi reklamata bħala residenza ta’ lussu kbir, bl-irħas appartament kien qed jinbiegħ għal $1.2 miljun.

Ara l-filmat:

Ritratt: NBC News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com