Bil-Filmat: Żviluppat Nar Fit-Torri Ta’ Portomaso

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma sabiex jikkontrollaw nirien li żviluppaw f’Portomaso.
Rapporti qed jgħidu li n-nar beda għall-ħabta tat-2.45pm fit-tmien sular tal-binja. Minn informazzjoni li qed niġbru jidher li f’dan il-ħin kienet għaddejja konferenza.
Konsegwenza ta’ dan bdew jiġu evawkati n-nies mit-torri.
Fuq il-post hemm diversi vetturi tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanzi u l-Pulizija. Wieħed għandu jevita din iż-żona minħabba caos li hemm fit-toroq viċin Portomaso.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.