“Bit-Tkaxkir Tas-Saqajn Il-Gvern Jista’ Jiswa T-Telf Ta’ Dgħajjes Għas-Sajjieda” – Edwin Vassallo

 “Bit-Tkaxkir Tas-Saqajn Il-Gvern Jista’ Jiswa T-Telf Ta’ Dgħajjes Għas-Sajjieda” – Edwin Vassallo

Sajjieda Għawdxin għadhom jistennew lill-gvern jieħu deċiżjoni rigward kif, fejn u meta ser ikun jista’ jsir l-irbit mal-pontoons il- ġodda fil-port tal-Imġarr f’Għawdex. Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista.

Intqal li s-sajjieda li jorbtu d-dgħajjes tagħhom fil-port tal-Imġarr ilhom jistennew id-deċiżjoni  rigward meta u fejn ser ikunu jistghu jorbtu mal-pontoons minn Settembru li għadda.

“Il-biża’ tal-istess sajjieda rigward id-dewmien li qed jieħu l-gvern biex jiddeċiedi biex jgħid lis-sajjieda fejn ser ikunu jistghu jorbtu d-dgħajjes tagħhom mal-pontoons li ilhom lesti minn Awwissu li għadda, hija għaliex jekk ikun hemm il-maltemp il-ħsara fuq d-dgħajjes tista’ tkun kbira.”

Il-Partit Nazzjonalista jitlob lill-gvern jiddeċiedi bla aktar dewmien u telf ta’ żmien. Bit-tkaxkir tas-saqajn il-gvern jista’ jiswa it-telf ta’ dgħajjes għas-sajjieda tagħna. Din l-istqarrija hija ffirmata minn Edwin Vassallo – Kelliem għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com