Bosta Protesti Vjolenti Madwar L-Ewropa Minħabba Żieda Fir-Restrizzjonijiet Tal-Pandemija

Il-protesti fl-Olanda jkomplu għat-tielet jum konsekuttiv, b’għexieren ta’ nies jipprotestaw kontra r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 imposti mill-gvern.
Diversi karozzi u binjiet qed jingħataw in-nar, kif ukoll ilbieraħ filgħaxija nħaraq diversi logħob tan-nar qawwi li għamel ħsara f’bosta binjiet.
Ilbieraħ 15-il persuna ġew arrestati b’rabta ma’ dawn il-protesti b’mod vjolenti, matul l-aħħar jiem kienu arrestati 145 persuna.
Kien rapportat ukoll li diversi persuni ndarbu waqt il-protesti fosthom pulizija.
Il-protesti qed ikomplu wkoll f’diversi pajjiżi Ewropej li qed iżidu r-restrizzjonijiet minħabba żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid-19, fosthom il-Belġju, l-Awstrija, l-Italja u l-Ġermanja.
Ritratti: Euronews