Devis Mangia Mweġġa’ B’Tagħjir U B’Insulti Lejn Il-Plejers Tat-Tim Tagħna Stess

 Devis Mangia Mweġġa’ B’Tagħjir U B’Insulti Lejn Il-Plejers Tat-Tim Tagħna Stess

Devis Mangia l-kowċ tat-tim nazzjonali kkomunika b’mod telefoniku dirett mas-South End Core. Dan kien konfermat mis-South End Core fejn qalu li l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ried jagħti spjegazzjoni għal kummenti li għadda wara l-partita tal-bieraħ fejn Malta tilfet 7-1 kontra l-Kroazja.

Devis Mangia spjega li fil-kummenti tiegħu ma’ kienx qiegħed jirreferi għal grupp tas-South End Core però’ għal dawk li kienu qegħdin wara l-bank tat-tim oppost jiġifieri West C.

Huwa qal li jekk persuna tiżbalja hemm mod kif tikkritika però mhux  li tgħajjar u tiżżufjetta bi player tat-tim tiegħek stess. Devis Mangia tenna li din l-azzjoni minn ftit individwi weġġgħatu u tant ma’ felaħx li spiċċa f’mument minnhom isikket lin-nies.

Fl-aħħar kummenti saħaq li ma jridx jarmi dak li bena dawn is-sentejn. “Għadna fil-bidu u jonqosna ħafna però hemm bżonn li l-partitarji jappoġġjaw lit-tim f’kull mument,” sostna l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti.

Devis Mangia temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lil dawk kollha li kull partita kienu hemm u li anke isiefru barra biex isegwu lit-tim nazzjonali Malti.

Min naħa tagħha s-South End Core fi stqarrija qalet li jesprimu solidarjetà mal-plejers u individwi li lbieraħ ġew mgħajjra minn partitarji Maltin li kienu fil-grawnd. Huma saħqu li kritika kostruttiva hi aċċettata però kritika distruttiva u tgħajjir personali li jweġġa’ il-plejers tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżna qatt m’għandu jiġi aċċettat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com