Epic Timmirra Li Ssaħħaħ Il-Pożizzjoni ta’ Malta Fl-Indiċi Tal-Kwalità Tal-Ħajja Diġitali
Epic, il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni bl-itwal esperjenza f’Malta, qed taħdem biex tibni l-aktar netwerk b’saħħitha kemm għall-klijenti tagħha kif ukoll għal Malta bħala pajjiż. Filwaqt li qed timmira li tipprovdi servizz aktar b’saħħtu għall-klijenti tagħha, Epic trid tikkontribwixxi wkoll lejn it-tisħiħ ta’ Malta f’inidiċi bħad-Digital Quality of Life Index li ġie ppubblikat ftit tal-ġimgħat ilu.
Fl-indiċi maħruġ din is-sena, Malta klassifikat fid-59 post globalment u t-30 fl-Ewropa fejn tidħol il-kwalità tal-internet.
Malta klassifikat ukoll fit-43 post fuq livell globali u s-26 post fuq livell Ewropew fejn tidħol l-affordabilità tal-internet. Dan l-indiċi huwa bbażat fuq riċerka globali dwar il-kwalità tal-benessri diġitali ta’ 110 pajjiż madwar id-dinja.
Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ Epic ħa dan ir-riżultat b’serjetà kbira u ngħaqad biex anke jiddiskuti l-programm ta’ mmodernizzar tan-network u kif din se tkun qed tgħin biex Malta tikseb pożizzjonijiet aħjar f’indiċi tat-tip.
Waqt il-laqgħa tal-Kumitat, il-membri ddiskutew kif mill-mument meta sar ir-rebranding, Epic kienet iffukata fuq objettiv wieħed: li tipprovdi lill-klijenti tagħha b’network mill-aqwa għal valur mill-aqwa. Permezz tal-programm ta’ mmodernizzar,
Epic qed tforni l-aħħar ġenerazzjoni ta’ infrastruttura tan-network li tipprovdi l-aqwa performance fejn jidħlu kapaċità, kopertura u kwalità. L-infrastruttura taħseb ukoll għall-futur u se tippermetti li jinħarġu tekonoloġiji ġodda bħal 5G mingħajr il-bżonn li jkun hemm tibdiliet massivi.
Il-programm ta’ mmodernizzar ta’ Epic qed jimmira wkoll li jsaħħaħ il-backhaul network u jippermetti li jiġu nstallati aktar siti li joffru l-Epic Fibre biex tintlaħaq id-domanda kurrenti u futura. Il-programm ta’ mmodernizzar tan-network qed jara investiment ta’ aktar minn €40 miljun, li saħansitra se jwassal biex Epic tibda wkoll toffri l-5G. Apparti milli tiftaħ ill-bibien għall-5G, Epic qed tinvesti biex issaħħaħ il-kopertura f’diversi lokalitajiet fosthom fil-Mellieħa, Ħal Tarxien, Għajnsielem, Tas-Sliema u x-Xgħajra, kif ukoll lokalitajiet oħrajn li se jkunu qed jinqdew fix-xhur li ġejjin.
Il-programm beda bit-tħabbira ta’ tisħib strateġiku bejn Epic u Phoenix Tower International (PTI). Dan kien segwit mill-aħħar aħbar li Epic għażlet lil Ericsson bħala l-fornitur tar-radio access network (RAN), li se tkun qed iġġib ħafna benefiċċji fejn jidħlu 2G, 3G, 4G, 4G+ u 5G ta’ Epic f’Malta. Bħala parti minn dan it-tisħib, Epic se tkun qed tuża t-tekonoloġija ta’ Ericsson biex tkompli timmodernizza n-network eżistenti tagħha.
“Ranking bħal dan juri li l-programm ta’ mmodernizzar tan-network huwa relevanti. Se nkomplu nibnu l-aqwa network f’Malta billi nipprovdu teknoloġija li hija avvanzata,veloċità u aċċess minn kullimkien,” ikkonkluda Tamás Bányai, il-Kap Eżekuttiv ta’ Epic.
Għal aktar informazzjoni, żur https://www.epic.com.mt/network/