Evitaw Triq L-Imdina, Ħaż Żebbuġ Direzzjoni Lejn Ir-Rabat

Evitaw Triq l-Imdina, Ħaż żebbuġ direzzjoni lejn ir-Rabat fejn bħal issa tinsab temporanjament magħluqa minħabba aċċident stradali li għadu kemm seħħ.
Minn rapporti jidher li seħħet ħabta bejn vann u karozza u jidher li hemm xi persuni feruti.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku u tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates