Fabian Demicoli Flimkien Ma’ Sarah Jilqgħu T-Twelid Ta’ Binhom
![Fabian Demicoli Flimkien Ma’ Sarah Jilqgħu T-Twelid Ta’ Binhom](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/11/251452260_10159726260613582_4856516375747447462_n-e1635863286841-750x560.jpg)
Ftit tal-minuti ilu l-ġurnalist Fabian Demicoli għadu kemm ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li wara ġurnata mimlija emozzjonijiet, huwa flimkien ma martu Sarah laqgħu b’ferħ kbir lil Luigi Antonio f’din id-dinja.
Fabian Demicoli rringrazzja lil midwifes u nurses tal-Isptar Mater Dei tad-dedikazzjoni u x-xogħol tagħhom.
“Nagħtu bidu għal ħafna ljieli bla rqad…u ħafna mħabba bla tmiem,” temm jgħid Fabian.
Awguri Fabian u Sarah mit-tim ta’ StradaRjali.com!