F’Amsterdam 61 Passiġġier Ittestjaw Pożittivi Bil-Covid-19 Wara Titjira Mill-Afrika T’Isfel
L-awtoritajiet tas-Saħħa Olandiżi ħabbru li 61 persuna li waslu fil-belt ta’ Amsterdam fuq żewġ titjiriet mill-Afrika t’isfel, ħarġu pożittiv għall-Covid-19.
Huma qed jinżammu fi kwarantina f’lukandi qrib l-ajruport sakemm isiru aktar testijiet biex jiġi determinat jekk humiex morda bil-varjant il-ġdid tal-COVID-19 Omicron.
Din l-aħbar ħarġet wara li lbieraħ l-awtoritajiet Belġjani rrappurtaw l-ewwel każ fl-Ewropa tal-varjant il-ġdid tal-Covid. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wkoll iddikjarat li dan il-varjant il-ġdid huwa ta’ tħassib.
Bħalissa, l-Olanda qed taffaċċja rekord ta’ każijiet bil-COVID-19. Dan wassal biex il-pajjiż idaħħal lockdown parzjali, fosthom restoranti, bars u ħwienet iridu jagħlqu kmieni.
Diversi pajjiżi madwar id-dinja qed idaħħlu diversi miżuri fosthom li jwaqqfu vjaġġar lejn u minn pajjiżi fl-Afrika t’Isfel.
Ritratt: The Guardian