Fil-Marsa Kien Inqaleb Karozzin B’Pulizija U Mara
![Fil-Marsa Kien Inqaleb Karozzin B’Pulizija U Mara](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/11/the.jpg)
Qrib is-Salib tal-Marsa kienet għamlet xita qawwija u karozzin li fuqu kellu pulizija u mara, inqaleb lejn il-foss mal-ġenb tat-triq.
Francis Libreri, Francis Fenech u l-Pulizija tax-Xatt marru jgħinu. Huma ħelsu lill-pulizija u lill-mara li kienu fuq il-karozzin, iżda dan inqaleb u żamm taħtu l-kuċċier u lil Fenech.
Wara huma wkoll ġew salvati.
Ritratt: https://themaltesevillage.wordpress.com/