Finalment Fl-Aħħar Fażi L-Liġi Biex Il-Bestjalità F’Malta Tkun Illegali

 Finalment Fl-Aħħar Fażi L-Liġi Biex Il-Bestjalità F’Malta Tkun Illegali

Il-Bestjalità f’Malta dalwaqt tkun illegali hekk kif l-abbozz finali tal-emenda fil-liġi huwa finalizzat u lest biex jgħaddi għal vot finali fil-Parlament.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis f’din il-liġi l-ġdida ħa jkun qed irresaq quddiem il-Parlament li reat bħal dan jista’ jwassal għal tliet snin priġunerija u multa ta’ bejn €2,000 u €6,000.

Din hija kwistjoni li għal diversi snin kienet qed tkun imbutata minn diversi entitajiet u għaqdiet favur id-drittijeit tal-annimali, fosthom ukoll l-Oppożizzjoni, sabiex il-liġi li hemm bħal issa tkun emendata u tagħmel dan ir-reat illegali.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li din il-liġi tagħmilha ċara li persuna ma tista’ tagħmel l-ebda attività ma’ annimal jekk mhux fin-natura tiegħu, li jinkludi atti sesswali.

Dan is-suġġett kien reġa’ qam fid-diskussjoni wara li raġel kien inqabad jagħmel is-sess man-nagħaġ ġo razzett f’San Ġiljan. Għalkemm moralment din kienet xi ħaġa ħażina dan l-att ma’ kienx illegali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com