F’Malta Hawn Madwar 40,000 Persuna Li Għandhom Id-Dijabete
Statistika mill-Assoċjazzjoni Maltija għad-Dijabete turi li f’Malta, wieħed minn kull għaxar adulti jsofri mid-Dijabete, jiġifieri madwar erbgħin elf persuna.
Dan kien diskuss waqt Konferenza Nazzjonali fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-iskoperta tal-insulina.
Fl-Ewropa hawn madwar 160 miljun persuna li jbatu mid-dijabete, kundizzjoni li taffettwa persuni ta’ kull età.
Waqt din il-konferenza, il-Professur Stefan Fava qal li jekk wieħed jiekol ħafna ħelu u ikel xaħmi mingħajr ma jagħmel eżerċizzju, ikun qed ipoġġi saħħtu f’riskju, waqt li semma l-bżonn li l-ikel bnin ikun aktar aċċessibbli anke għal min m’għandux il-mezzi finanzjarji. Huwa spjega wkoll li ħafna minn nies ma jkunux konxji li jkunu qed jbatu mid-dijabete.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għad-Dijabete, Chris Delicata sostna li jekk tħoss li għandek is-sintomi, trid tieħu azzjoni mal-ewwel u trid tieħu l-pariri li għandek tieħu biex jekk għandek il-kundizzjoni tad-dijabete, jiġi trattat minnufih u tista’ tgħix ħajja normali.
Ritratt: MedTech Europe