F’Nofs Is-Sena D-Dieħla Tkun Lesta L-‘Flyover’ Fuq Ir-Roundabout Tal-Ajruport

Il-flyover ġdida fuq ir-roundabout tal-Ajruport se tkun lesta fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Hekk intqal fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Infrastructure Malta.
Intqal li ser ikun hemm korsiji diretti minn Ħal Luqa lejn il-Mini ta’ Ħal Kirkop, fid-direzzjoni ta’ Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq u Ħal Safi.
Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project jinkludi wkoll żewġ mini taħt ir-roundabout minn/lejn Ħal Far u Birżebbuġa, b’aċċess aktar sigur għall-Gudja, Ħal Għaxaq u l-Ajruport kif ukoll faċilitajiet aktar siguri għall-ivvjaġġar bil-mixi, b’Tal linja u bir-rota.