“Għaddiet Sena…Imma L-Qalb Għadha Tħabbat”

 “Għaddiet Sena…Imma L-Qalb Għadha Tħabbat”

Kien propju bħal lum sena, 21 ta’ Novembru, 2020 li tħabbret il-mewt ta’ Oliver Friggieri fl-età ta’ 73 sena.

Friggieri jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-awturi l-aktar rispettati tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin u bħala l-kritiku ewlieni tal-letteratura Maltija, poeta u kontributur regolari f’ġurnali u rivisti akkademiċi lokali u internazzjonali.

F’għeluq l-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ Oliver Friggieri, bosta persuni kitbu xi ħsieb fuq il-mezzi soċjali fosthom iż-żagħżugħ Daniel Attard li qasam ħsieb f’forma ta’ poeżija biex ifakkar dan l-anniversarju.

 

Għaddiet sena minn meta ħadt l-aħħar nifs.

Għaddiet sena minn meta waqgħet l-aħħar kelma.

Għaddiet sena… imma l-qalb għadha tħabbat, il-poeżiji għadhom jiġġeddu. Għadhom jispirawna, iqanqluna, imexxuna.

Għadek magħna Profs. U tibqa’ tkellimna kull darba li niftħu l-kotba tiegħek, naqraw ħsibijietek u nixtarru mħabbtek lejn l-umanità.

Strieħ fis-sliem.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com