“Għal Min Dejjem Ġej Bid-Dgħajsa Nittamaw Li Jara Xi Ħaġa Pożittiva F’Dan” – Alfred Zammit
Is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit faħħar proġett li semma kif dan kien ix-xewqa tiegħu fejn bis-saħħa tal-Ministru Ian Borg flimkien mal-GHRC sar realtà.
“Għal min dejjem ġej bid-dgħajsa nittamaw li jaraw xi ħaġa pożittiva f’dan”, saħaq Zammit.
Spjega kif permezz ta’ dan il-proġett ħarġet il-karatteristika tal-gallarija Maltija u l-kuluri magħżula ferm sbieħ.
“Nirringrazzja lill-Gvern li ħafna drabi jaħdem magħna l-gvern lokali b’sinerġija qawwija.Dan hu proġett li minnu qed igawdu r-residenti tagħna u se nkomplu fiż-żmien li ġej”, temm is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit.