Ħabta Bejn Ford Transit U Mutur – Ix-Xufier Tal-Mutur L-Isptar

 Ħabta Bejn Ford Transit U Mutur – Ix-Xufier Tal-Mutur L-Isptar

Ilbieraħ, għal xi s-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marina, l-Imsida.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Transit, misjuq minn Libjan ta’ 41 sena residenti n-Naxxar, u mutur Sym Jet, misjuq minn Libjan ta’ 36 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com