“Hemm Fondi Ewropej Apposta Għal Bini Ta’ Ħitan Tas-Sejjieħ…Ilhom Jgħidu Li Ser Joħorġu Dalwaqt Mis-Sajf” – Peter Agius

 “Hemm Fondi Ewropej Apposta Għal Bini Ta’ Ħitan Tas-Sejjieħ…Ilhom Jgħidu Li Ser Joħorġu Dalwaqt Mis-Sajf” – Peter Agius

Wara l-maltemp li kellna fil-jiem li għaddew, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius għamel appell urġenti lill-Ministru Anton Refalo fuq il-mezzi soċjali tiegħu sabiex jintervjeni.

Lill-Ministru Refalo, Agius qallu li bil-maltemp li għamel waqgħu ħafna ħitan tas-sejjieħ f’Malta u Għawdex u diversi persuni kellmuh minħabba li ġew affettwati bi ħsarat bħal dawn.

“Hemm fondi Ewropej apposta għal bini ta’ ħitan tas-sejjieħ…Ilhom jgħidu li ser joħorġu dalwaqt mis-sajf”, saħaq Peter Agius filwaqt li qal li meta ċċempel il-Ministeru jibqgħu ma jagħtux risposta meta ħerġin.

“Issa qegħdin fi stat ta’ emerġenza,” tenna l-Kelliem tal-PN, dan għaliex issa hemm toroq rurali li ġew perikolużi ħafna.

Peter Agius tenna li “meta jridu joħorġu direct orders joħorġuhom fi ftit sigħat – tibqgħux taħsbuha!”

Huwa temm jgħid li kiteb dan kollu lill-Ministru Anton Refalo fejn saħaq li għandna ngħinu lil bdiewa u sidien ta’ għelieqi affettwati ħażin b’dawn il-fondi disponibbli. “Nappella għal azzjoni immedjata!”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com